Saturday, December 21, 2024

Il-President jiffirma l-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis

Aqra wkoll

Talk.mt jista’ jikkonferma li l-President tar-Repubblika George Vella ffirma l-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li ġiet approvata mill-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa.

Fid-diskors tiegħu f’Għawdex, ilbieraħ, fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-President għamilha ċara li bil-Kostituzzjoni preżenti ma kellux dritt iwaqqaf dak li jkun deċiż mill-Parlament.

“Sal-lum il-president mgħandux il-poter li jinjora liġi li tkun għaddiet b’mod demokratiku mill-parlament, jaqbel jew ma jaqbilx magħha, sakemm m’għandux oġġezzoni morali gravi li jippreferi li jagħlaq kollox u jitlaq lejn id-dar milli jiffirma dik il-liġi”, żied jgħid il-President Vella.

Ekonomija

Sport