Minħabba ċ-ċirkustanzi attwali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq is-sitwazzjoni lokali, l-Uffiċċju tal-President b’dispjaċir iħabbar li l-iskambju tradizzjonali tal-awguri tal-Ewwel tas-Sena mal-President ta’ Malta din is-sena mhux ser isir.
Din l-aħbar kienet komunikata fl-aħħar ħin mill-uffiċċju tal-President.