Sunday, January 26, 2025

Il-President Myriam Spiteri Debono tħalli l-Italja għall-Polonja għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju tal-liberazzjoni ta’ Auschwitz-Birkenau

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet l-Italja għall-Polonja, fejn għada se tingħaqad ma’ dawk li għexu l-ħruxijiet tal-Olokawst u mexxejja minn madwar id-dinja għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau.

Il-President Spiteri Debono se tattendi għaċ-ċerimonja uffiċjali li matulha se jitfakkru l-vittmi tal-Olokawst, waqt li jitwassal messaġġ tar-responsabbiltà li l-mexxejja madwar id-dinja għandhom favur il-paċi.

Id-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono tinkludi wkoll uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta kif ukoll uffiċjali mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja.

Il-President Myriam Spiteri Debono mistennija tirritorna Malta nhar it-Tlieta. Fin-nuqqas tagħha, Dr Francis Zammit Dimech qed iservi bħala Aġent President.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport