Sunday, December 22, 2024

Il-president ta’ Inter isostni li l-impenn ta’ Suning huwa wieħed fit-tul

Aqra wkoll

Il-president ta’ Inter, Steven Zhang, sostna li l-impenn ta’ Suning mal-club ‘huwa fit-tul’ filwaqt li n-Nerazzurri jikkonfermaw li d-dħul tagħhom żdied b’madwar €75m fl-2021-22.

Huwa qal dan waqt laqgħa tal-azzjonisti tal-club li saret  fil-kwartieri ġenerali tal-club fejn ġie approvat ir-riżultati finanzjarji għall-2021-22.

Inter żiedu d-dħul b’€75m matul is-sena finanzjarja li ntemmet f’Ġunju 2022, u daħħlu €439.6m meta mqabbla ma’ €364m fl-2020-21.

Il-ġganti tas-Serie A naqqsu wkoll l-ispejjeż b’madwar €140m, u marru minn telf ta’ €245.6m fl-2020-21 għal €105m is-sena li għaddiet.

Zhang fetaħ il-laqgħa b’diskors li kkonferma l-impenn fit-tul ta’ Suning. Huwa rringrazzja lid-direttur Beppe Marotta fejn qal li xogħlu għen lil Inter jibqgħu fl-ogħla livell tal-football  Taljan u dak Ewropew, u ddiskuta wkoll l-isfidi tal-futur.

Sid il-club kien diġà ċaħad li kien għall-bejgħ nhar l-Erbgħa wara r-rebħa ta’ Inter 4-0 fuq Viktoria Plzen fiċ-Champions League.

Ekonomija

Sport