Monday, November 4, 2024

Il-President ta’ Lyon jirriżenja wara 36 sena

Aqra wkoll

Il-President ta’ Olympique Lyon Jean Michel Aulas irrizenja mill-kariga tiegħu wara 36 sena fit-tmexxija.

Hu kien ilu fit-tmun ta’ dan it-tim Franċiż sa mis-sena 1987 u serva bħala President sa ftit tal-ġranet ilu. 

Kien hemm ħafna eks plejers u diriġenti Franċiżi li bagħtulu messaġġ ta’ gratitudni għal dak li għamel ma’ dan it-tim barra l-plejer Hatem Ben Arfa li milli jidher ftit jara għajn m’għajn miegħu. Hu qallu biex imur jirtira bil-kwiet għax il-futbol mhux se jħoss in-nuqqas ta’ personaġġ daqshekk stramb daqsu!

Sport