Tuesday, May 14, 2024

Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth

Aqra wkoll

Lejlet iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham fir-Renju Unit, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ltaqgħu mal-kontinġent Malti.

F’messaġġ lill-atleti fl-Università ta’ Birmingham, fejn qed joqogħdu wħud mill-atleti Maltin, il-President Vella awguralhom kull suċċess, u faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom fid-dixxiplini rispettivi tagħhom. Il-President radd ħajr lill-managers u trainers tal-atleti għas-sostenn li jagħtuhom fit-taħriġ u f’avvenimenti sportivi bħal dawn.

Disgħa u għoxrin atleta se jikkompetu f’isem Malta f’disa’ dixxiplini sportivi: l-atletika, il-badminton, iċ-ċikliżmu, il-judo, il-lawn bowls, il-lotta, l-isquash, it-triathlon, u l-weightlifting. Malta kkompetiet għall-ewwel darba fil-Logħob tal-Commonwealth fl-1958.

Il-President u s-Sinjura Vella mistennija jattendu għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth, li qed isiru f’Birmingham bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.

Sport