Saturday, November 23, 2024

Il-President tal-Brażil għal darba oħra jisfida lill-awtoritajiet tas-saħħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro, li jopponi bil-qawwi l-miżuri ta’ lockdown imposti fi bliet Brażiljani minħabba l-pandemija tal-Covid-19, laqqa’ lill-attivisti tiegħu barra l-bini tal-gvern. Apparti hekk, fl-aħħar jiem l-Istati Uniti qalet li bagħtet żewġ miljun doża ta’ mediċina kontra l-Covid-19 liema mediċina hija waħda kontroversjali u li għadha mhix ittestjata.

Il-Brażil huwa tista’ tgħid il-qalba tal-pandemija tal-Covid-19 ġewwa l- Amerika Latina. S’issa kien hemm madwar nofs miljun persuna li ġew infettati filwaqt li kienu rrapportati 28,000 mewt. B’hekk il-Brażil jinsab ir-raba’ fil-lista tal-iktar pajjiżi bi mwiet, fejn qablu hemm l-Istati Uniti, l-Italja u r-Renju Unit.

Minkejja dan kollu, Bolsonaro ltaqgħa ma’ ġemgħa mdaqqsa ta’ attivisti li nġabru barra l-bini tal-gvern ġewwa l-kapitali Brasilia. Il-folla kienet qiegħda tgħajjat “qlajja, qlajja” u dan għax skont huma u l-President Bolsonaro l-pandemija tal-Covid-19 mhi xejn għajr qlajja.

Protett minn għadd ta’ uffiċjali tas-sigurtà, il-President resaq qrib il-folla għalkemm ma kellu l-ebda kuntatt magħhom ħlief li refa’ żewġt itfal.

Il-kriżi tas-saħħa ġewwa l-Brażil tista’ tgħid li ġiet amalgamata mal-kriżi politika u dan hekk kif il-president lemini estrem ripetutament spiċċa f’diżgwid mal-awtoritajiet lokali dwar il-miżuri ta’ lockdown li qegħdin jieħdu minħabba l-pandemija.

Sport