Sunday, October 27, 2024

“Il-President tal-Brażil għandu jiġi akkużat b’delitti kontra l-umanità”

Aqra wkoll

Abbozz ta’ rapport ta’ inkjesta ġewwa l-Brażil qed jirrakkomanda li l-President tal-pajjiż għandu jiġu akkużat b’delitti kontra l-umanità għall-mod ta’ kif mexxa fi żmien il-pandemija tal-Covid-19. Dan ir-rapport huwa l-qofol ta’ investigazzjoni ta’ sitt xhur u fih ġew żvelati allegazzjonijiet ta’ skandli u korruzzjoni fi ħdan il-gvern. 

Il-President Jair Bolsonaro qiegħed jiġi akkużat li naqas milli jikkontrolla t-tixrid tal-virus ġewwa l-Brażil u li dan wassal għall-mewt ta’ iktar minn 600,000 ċittadin. Siltiet mir-rapport li ħarġu fil-midja jindikaw li l-investigaturi jridu li Bolonaro jiffaċċja disa’ akkużi. Inizjalment, abbozzi ta’ dan ir-rapport kienu qed jirrakkomandaw li l-president jiffaċċja akkużi ta’ omiċidji u ġenoċidju fil-konfront ta’ gruppi indiġeni. Iżda jidher li issa dawn ir-rakkomandazzjonijiet tneħħew mir-rapport ta’ 1,200 paġna u issa qed iħeġġu biex dan jiffaċċja akkużi ta’ delitti kontra l-uminità, tbagħbis ta’ dokumenti u inċitament ta’ kriminalità. 

 L-abbozz ta’ dan ir-rapport irid jitressaq għall-vot quddiem is-Senat fejn hemm jista’ jkun vetoed jew imbiddel. Għalhekk ma hemm l-ebda garanzija li dan se jwassal għal passi kontra Bolsonaro.

Sport