Saturday, December 21, 2024

Il-President tal-Brażil jerġa’ jiddaħħal l-isptar

Aqra wkoll

Daqqa ta’ sikkina li kien qala’ f’żaqqu fl-2018 baqgħet ittih il-problemi minkejja li għamel erba’ operazzjonijiet

Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro ddaħħal l-isptar wara li reġa’ ħassu ma jiflaħx. Fl-2018 Bolsonaro kien laqqat daqqa ta’ sikkina f’żaqqu meta kien qiegħed waqt il-kampanja presidenzjali u din baqgħet sal-lum tikkaw­żalu problemi ta’ saħħa. Bolsonaro għandu 67 sena.

Bolsonaro kien mistenni li jattendi għal avveniment organizzat mill-Partit Repubblikan li huwa jirrappreżenta, iżda dan kellu jirtira l-attendenza tiegħu minħabba li ħassu ma jiflaħx. Marco Pereira, li huwa ċ-ċermen tal-partit, f’kummenti li ta lill-midja waqt l-attività qal li, “jien ċert li l-president jinsab tajjeb… [Bolsonaro] mhux qiegħed hawn minħabba li qed isirulu xi testijiet addizzjonali.”

Skont l-aġenzija tal-aħba­rijiet G1, mart Jair, Michelle Bolsonaro, qalet li żewġha jinsab tajjeb filwaqt li l-Ministru tal-Komukazzjoni qal li l-President ħass biss “ftit skumdità”. 

F’Jannar li għadda Bolsonaro kien qatta’ jumejn ġewwa sptar f’Sao Paulo minħabba problemi fl-imsaren. Fl-Lulju li għadda wkoll kien qatta’ erbat ijiem l-isptar minħabba l-istess problema. Minħabba d-daqqa ta’ sikkina li kien laqqat, Bolsonaro kellu jagħmel xejn inqas minn erba’ operazzjonijiet.

Ekonomija

Sport