Sunday, November 24, 2024

Il-president tal-FIFA jappoġġa l-idea li Stadio Olimpico jissemma’ għal Paolo Rossi

Aqra wkoll

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino qal li jappoġġa l-idea li Stadio Olimpico ta’ Ruma jissemma’ wara l-eroj rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1982, Paolo Rossi, li miet fl-età ta’ 64 sena f’Diċembru 2020, u ddefenda l-idea kontroversjali li ssir Tazza tad-Dinja kull sentejn.

“Irridu nappoġġaw l-idea li l-Istadio Olimpico jissemma’ għal -leġġendarju Paolo Rossi,” qal Infantino waqt intervista li sartilu mill-media Taljana. 

“Ħadd ma kellu impatt fuq it-Taljani daqskemm għamel hu għal pajjiżu. 

“Wara t-Tazza tad-Dinja tal-1982, it-Taljani kollha madwar id-dinja dehru b’mod differenti … iż-żgħażagħ iridu jiftakru f’Rossi”.

Il-ġimgħa l-oħra l-Parlament Taljna għadda mozzjoni li timpenja lill-gvern li jiżen il-possibbiltà li jsemmi l-istadium għall-eks stilla ta’ Vicenza, Juventus u AC Milan, li kien ukoll l-aqwa skorer fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 1982 fi Spanja  hekk kif l-Azzurri fil-finali għelbu lill-Ġermanja tal-Punent bl-iskor ta’ 3-1. 

Rossi kien ukoll il-protagnista b’permezz ta’ hat-trick fir-rebħa ta’ 3-2 fuq il-Brażil li kienu l-favoriti netti li jirbħu dan it-tournament. 

Rigward li ssir it-Tazza tad-Dinja kull sentejn, Infantino saħaq li l-Kungress tal-FIFA kien talab studju ta’ fattibilità dwar dan, 

“Għamilna studju serju ħafna,” huwa qal.

“Minbarra mil-lat sportiv, l-impatt ekonomiku huwa pożittiv għal kulħadd.

“Il-Euro jista’ jkollhom l-istess frekwenza”.

Sport