Saturday, December 21, 2024

Il-president tal-FIFA jrid jimxi fuq l-eżempju tas-Super Bowl

Aqra wkoll

Tazza tad-Dinja biennali mhux se ttellef il-”maġija” tat-tournament minħabba li l-frekwenza ma jkollha l-ebda effett fuq il-kwalità u l-prestiġju tagħha, qal il-president tal-FIFA, Gianni Infantino.

Il-korp governattiv tad-dinja tal-football, il-FIFA, qed imexxi studju ta’ fattibbiltà dwar il-prattiċitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ Tazza tad-Dinja kull sentejn, mossa li ntlaqgħet bi kritika ħarxa minn diversi konfederazzjoni­jiet, clubs, players u gruppi ta’ partitarji.

“Tazza tad-Dinja bi 48 team mill-2026 diġà ġiet deċiża. Jekk hux se ssir kull sentejn jew tibqa’ kif inhi kull erba’ snin, dan qiegħed taħt konsultazzjoni,” qal Infantino lill-midja f’Iżrael.

“Żgur emmen li jkollok avvenimenti aktar prestiġjużi, kemm jekk it-Tazza tad-Dinja jew xi ħaġa oħra … Preċiżament minħabba li huwa tournament tal-maġija huwa forsi għa­liex għandu jiġri aktar spiss.

“Il-prestiġju ta’ avveniment jiddependi fuq il-kwalità tiegħu, mhux il-frekwenza tiegħu. Għandek is-Super Bowl kull sena, Wimbledon jew iċ-Champions League kull sena, u kulħadd huwa eċċitat u qed jistennieha.”

Infantino qal ukoll li l-FIFA qed tfittex li tespandi t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs li ssir kull sena.

 “Nixtiequ nżidu l-valur tal-kampjonati nazzjonali u l-kampjonati domestiċi,” huwa żied jgħid. “Għandna bżonn insibu l-format it-tajjeb li ma jtellifx wisq il-kalendarju u l-avvenimenti l-oħra kollha.”

Infantino ġie mistoqsi wkoll jekk Iżrael jistax qatt jospita t-Tazza tad-Dinja u qal li l-pajjiż li jospita l-avveniment flimkien mal-ġirien tiegħu fil-Lvant Nofsani kien definittivament għażla.

“Għaliex ma nistgħux noħolmu bit-Tazza tad-Dinja f’Iżrael u l-ġirien tiegħu? Bil-Ftehim ta’ Abram, għaliex m’għandniex nagħmluh hawnhekk f’Iżrael mal-ġirien tiegħu fil-Lvant Nofsani u fil-Palestinjani,” qal Infantino.

Ekonomija

Sport