Wednesday, December 25, 2024

Il-President tal-Istati Uniti hu favur il-projbizzjoni ta’ armi meqjusa “assault”

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Istati Uniti għandha tipprojbixxi armi tan-nar li huma fuq stil assault kif ukoll l-użu ta’ magazines li jesgħu numru kbir ta’ balal. Dan biex tiġi miġġielda l-kriżi tal-vjolenza b’armi tan-nar li ta’ skwit qed nisimgħu bihom fl-Istati Uniti. 

F’diskors li għamel mill-White House, Joe Biden qal li għadd ta’ postijiet użati ta’ kuljum mill-poplu Amerikan spiċċaw żoni ta’ massakru. Huwa tenna li jekk il-Kungress ma jkunx kapaċi jipprojbixxi l-bejgħ ta’ dawn it-tip ta’ armi, almenu l-età li wieħed ikun jista’ jixtri dawn l-armi tiżdied minn 18 għal 21 sena. 

Apparti hekk, il-President tkellem ukoll dwar il-bżonn li jkun hemm iktar stħarriġ dettaljati fuq dawk li jmorru biex jixtru l-armi, u jittieħdu l-armi mingħand dawk li jkun hemm suspetti fuqhom li huma perikolużi. Minkejja dan, il-prospett li l-Kungress jgħaddi liġi bħal din li tpoġġi kontrolli fuq l-armi tan-nar huwa improbabbli.

Dwar dawk li jargumentaw li l-armi tan-nar huma dritt kostituzzjonali, il-President Biden għamilha ċara li l-miżuri  li qed jisħaq dwarhom mhux se jkunu qed inaqqru d-drittijiet taċ-ċittadini, jew jieħdu l-armi tan-nies iżda għandhom isiru biex jipproteġu lit-tfal. Huwa qal, “kif ċittadin ordinarju jista’ jixtri arma b’magazine ta’ 30 balla, li kapaċi jisparaw mijiet ta’ balal fi ftit minuti?”

Ekonomija

Sport