Saturday, November 16, 2024

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden iħabbar li se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni fl-2024

Aqra wkoll

Minkejja l-età tiegħu, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden fl-aħħar sigħat ħabbar li se jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni Presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla.

Il-ġurnalisti kienu ilhom ħafna jistaqsu dwar jekk Biden hux se jerġa’ jikkontesta jekk hux abbli li jitħallas joħroġ għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.

Min-naħa tiegħu wara diversi xhur ta’ stennija, illum Biden ħabbar uffiċjalment il-kampanja tiegħu permezz ta’ filmat.

Fuq in-naħa l-oħra – il-Partit Repubblikan – hemm ġlieda dwar liema kandidat se jkun qiegħed jirbaħ il-kandidatura. Bħalissa hemm 4 kandidati li wrew interess f’din il-kariga. Donald Trump, Nikki Haley, Asa Hutchinson u Vivek Ramaswamy.

Fil-filmat li xandar Biden qal li l-Istati Uniti għaddejja minn battalja biex tfittex ir-ruħ Amerikana.

Biden, li diġà għandu 80 sena hu l-ixjeħ President fl-istorja kollha tal-Istati Uniti. Jekk jerġa’ jiġi elett allura t-terminu tiegħu jispiċċa fl-2029 u għalhekk ikollu 86 sena.

Il-kampanja elettorali Amerikana bħal ħafna pajjiżi oħrajn tkun waħda qalilha ferm u għalhekk diversi opinjonisti qegħdin jgħidu dwar kemm se jkun kapaċi jmixi t-trip tal-kampanja kollha minħabba l-età li għandu.

Iżda hu jinsab determinat li jagħmel dan u lest li jerġa’ jisfida lir-Repubblikani għall-ogħla kariga fid-dinja.

Ekonomija

Sport