Tuesday, December 24, 2024

Il-President tal-KOM jistieden lill-President tal-KOI biex jattendi ċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Aqra wkoll

Bil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa seba’ xhur il-bogħod, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello estenda stedina uffiċċjali lill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach sabiex jattendi ċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li se ssir nhar it-Tnejn 29 ta’ Mejju 2023.
Akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-KOM Kevin Azzopardi, saret laqgħa bejn iż-żewġ partijiet waqt is-26 edizzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali li għaddejja bħalissa f’Seoul, il-Korea t’Isfel. Dr. Bach qal li kien tassew kuntent bl-istedina u qiegħed iħares il-quddiem sabiex iżur Malta u jagħti l-appoġġ tiegħu lill-iżghar Stati Ewropej waqt id-dsatax -il edizzjoni tal-Logħob.

Pace Bonello saħaq li jkun t’unur li Dr. Bach ikun preżenti f’Malta f’dik li se tkun it-tielet darba li pajjiżna se jorganizza dawn il-Logħob wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti fl-1993 u fl-2003.

Dr. Bach kien akkumpanjat mill-Konsulent Speċjali Pere Miro.

Ekonomija

Sport