Iż-żjara statali ta’ jumejn li għamel f’Malta l-President tal-Kroazja Zoran Milanovic ġiet fi tmiemha lbieraħ wara nofsinhar b’ċerimonja simbolika fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Intant matul in-nofstanhar tal-bieraħ filgħodu, il-President Kroat u martu komplew bil-programm imħejji għalihom bi żjara fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann fejn setgħu jammiraw is-sbuħija ta’ din il-ġawhra Maltija.
Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, f’Ħ’Attard, saret ukoll ċerimonja ta’ tħawwil ta’ siġra u wara saret laqgħa tal-aħħar bejn il-President ta’ Malta George Vella u l-President Milanović.
It-tluq tal-President tal-Kroazja u martu minn Malta sar wara li huwa, akkumpanjat mill-President ta’ Malta spezzjona gwardja tal-unur iffurmata mis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta għad-daqq taż-żewġ innijiet Nazzjonali.