Saturday, December 21, 2024

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea tasal f’Malta

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen waslet f’Malta fejn matul din iż-żjara hija mistennija tħabbar l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru ta’ Malta.

Mal-wasla tagħha hija ġiet milqugħa mill-Prim Ministru Robert Abela. Dwar il-Pjan ta’ rkupru, il-Prim Ministru Abela qal li fiċ-ċentru tiegħu hemm l-investiment fin-nies.

F’Lulju li għadda l-Gvern kien ħabbar il-pjan ta’ Malta għall-Irkupru minn Fondi Ewropej, b’nefqa ta’ €345 miljun mill-Fond tal-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea. Intqal kif dan se jwassal biex isiru 17-il proġett u inizjattivi, li huma mfasslin fuq sitt oqsma ewlenin.

Il-Gvern Malti kien ssottometta dan il-pjan għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewrropea biex ikun jista’ jibda jimplimenta numru ta’ inizjattivi.

Ekonomija

Sport