Duncan Micallef, il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, attenda l-Assemblea Ġenerali u l-Elezzjonijiet tal-FIA (Fédération Internationale de l’Automobile) tal-2025 li saru fit-12 ta’ Diċembru f’Tashkent, l-Użbekistan.
Matul l-assemblea, Micallef kellu diversi laqgħat u diskussjonijiet mal-amministrazzjoni tal-FIA u ma’ rappreżentanti ta’ diversi kummissjonijiet bil-għan li jkompli jissaħħaħ l-appoġġ tal-FIA għall-iżvilupp tal-motorsport f’Malta.
Fl-istess laqgħa, Dr Michael Grech ġie konfermat għal erba’ snin oħra bħala Imħallef fil-Qorti Internazzjonali tal-Appell tal-FIA kif ukoll fit-Tribunal Internazzjonali tal-istess federazzjoni. Dr Grech ilu jservi f’dawn il-karigi sa mill-2012, u qabel dan kien iservi bħala deputat tal-Professur Guido Demarco.

