Wednesday, June 18, 2025

Il-President tal-MUMN mixli bi frodi … iwieġeb mhux ħati

Aqra wkoll

Il-President tal-MUMN Paul Pace ġie mixli bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ flus.

Fil-Qorti, ingħad li dan allegatament ħa b’madwar €4,000 fi ħlasijiet għal overtime li ma għamilx, b’Pace iwieġeb mhux ħati. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Wayne Rodney Borg spjegat li l-Pulizij bdiet l-investigazzjoni tagħha f’Settembru ta’ sentejn ilu. Dan wara li ġiet infurmata bl-allegazzjonijiet li ħa flus mhux dovuti.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kienet ħadet passi dixxiplinarji kontra Pace.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport