Wednesday, December 25, 2024

Il-president tal-UEFA jisħaq li l-kampjonat Sawdi mhuwiex ta’ theddida għal dawk Ewropej

Aqra wkoll

Il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, qal li s-Sawdi Pro League mhuwiex theddida kompeittiva għall-football Ewropew. 

Il-kampjonat ġibed ħafna players ta’ profil għoli lejn l-Għarabja Sawdija matul l-aħħar sena, offra kuntratti ta’ qligħ kbir u ħallas tariffi sostanzjali ta’ trasferimenti.

Ceferin iħoss li s-Super League Ċiniż għamel l-istess żbalji u qal “dak mhux il-mod it-tajjeb biex tagħmel dan”.

“Il-kampjonat mhuwiex theddida, rajna approċċ simili fiċ-Ċina,” huwa qal.

“Xtraw plejers fi tmiem il-karriera tagħhom billi offrewlhom ħafna flus. Il-football Ċiniż ma żviluppax u ma kkwalifikax għat-Tazza tad-Dinja wara.

“Dak mhux il-mod it-tajjeb biex jagħmlu dan. Għandhom jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-players u l-coaches, iżda dik mhix il-problema tagħna.”

L-infiq mill-clubs tas-Super League Ċiniża trażżan b’taxxa fuq it-trasferimenti fl-2017 iżda s-Sawdi Pro League għandu pjan ta’ investiment fit-tul, b’Michael Emenalo maħtur bħala direttur tal-football biex imexxi l-istrateġija tal-akkwist u l-iżvilupp tal-players żgħażagħ.

Iżda anke jekk jibqgħu jiġbdu aktar players minħabba l-qawwa tal-flus, il-kampjonat Sawdi qatt m’hu se jilħaq il-livell Ewropew.

Ekonomija

Sport