Il-President tal-Venezwela Nicholas Maduro qed jitressaq il-Qorti ta’ New York. Fost id-diversi akkużi li qed jiġi akkużat bihom, hemm importazzjoni tad-droga kokaina u pussess ta’ armi tan-nar fost akkużi oħrajn.
Midja internazzjonali rrapurtat dan, fejn qalet li dan ġie kkonfermat mill-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Pam Bondi. F’kumment li tat, hija saħqet li Maduro se jaffaċċja l-ġustizzja Amerikana fuq art Amerikana u f’Qorti Amerikana.
Jirriżulta li dan kollu seħħ li matul il-lejl li għadda, l-Istati Uniti, allegatment fuq ordni ta’ Trump, wara li seħħ attakkat lil Venezwela mill-ajru.
Intant, qed jiġi rrapurtat li hemm tlett persuni li jista’ jkun li jieħdu l-kariga ta’ Maduro; il-Viċi President Delcy Rodríguez; il-Ministru tal-Intern Diosdado Cabello; u l-Ministru tad-Difiża Vladimir Padrino.


