Monday, December 23, 2024

Il-President Tork jistenna li Haftar jispiċċa barra mill-kwistjoni tat-tmexxija tal-Libja

Aqra wkoll

Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li hu jistenna li Khalifa Haftar jispiċċa barra mill-kwistjoni tat-tmexxija tal-Libja wara dak li seħħ riċentament, fejn il-qawwiet militari qed jilliberaw Sifrte u anke l-bażi ta’ Jufra. 

Erdogan qal li r-rebħiet tal-qawwiet leġittimi Libjani rrabjaw lil Haftar. Semma kif il-kwistjoni li għaddejja fil-Libja kienet ukoll fuq l-aġenda tat-telefonata li kellu mal-President Amerikan Donald Trump, li qal li qed isegwi dak li qed jiġri u faħħar l-isforzi tat-Torok fil-kwistjoni. 

Il-President Tork qal li hemm xi sfidi, peress li Sirte tinsab qrib bjar taż-żejt u l-gass, li jagħmel dawn l-operazzjonijiet aktar sensittivi. 

Finalment, hu qal li r-rwol tat-Turkija fil-kwistjoni tal-Libja ġie bi ftehim mal-gvern leġittimu.

Ekonomija

Sport