Il-President Myriam Spiteri Debono ospitat it-tnedija tal-pubblikazzjoni “Lil Din L-Art Ħelwa”, miktuba mill-istudenti tal-Iskola Sekondarja St Joseph Mater Boni Consilii.
L-istudenti spjegaw kif il-ktieb jiffoka fuq l-avvenimenti politiċi u personaġġi Maltin ewlenin tal-istorja ta’ Malta, li wasslu biex titfassal l-identità tagħna. Il-Kap tal-Iskola, Dr Kenneth Vella spjega kif il-pubblikazzjoni tifforma parti mill-inizjattiva tal-iskola li tippromwovi l-ħsieb kritiku u l-assessjar kontinwu, iktar milli l-eżamijiet tradizzjonali.
Il-President faħħret ix-xogħol tal-istudenti, u ħeġġithom biex ifittxu u joħolmu li jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, waqt li jmexxu bl-eżempju u jużaw il-ħiliet tagħhom biex jgħinu lill-oħrajn