Tuesday, December 17, 2024

Il-President tospita t-tnedija tal-pubblikazzjoni “Lil Din L-Art Ħelwa” … miktub mill-istudenti tal-iskola Joseph Mater Boni Consilii

Aqra wkoll

Il-President Myriam Spiteri Debono ospitat it-tnedija tal-pubblikazzjoni “Lil Din L-Art Ħelwa”, miktuba mill-istudenti tal-Iskola Sekondarja St Joseph Mater Boni Consilii.

L-istudenti spjegaw kif il-ktieb jiffoka fuq l-avvenimenti politiċi u personaġġi Maltin ewlenin tal-istorja ta’ Malta, li wasslu biex titfassal l-identità tagħna. Il-Kap tal-Iskola, Dr Kenneth Vella spjega kif il-pubblikazzjoni tifforma parti mill-inizjattiva tal-iskola li tippromwovi l-ħsieb kritiku u l-assessjar kontinwu, iktar milli l-eżamijiet tradizzjonali.

Il-President faħħret ix-xogħol tal-istudenti, u ħeġġithom biex ifittxu u joħolmu li jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, waqt li jmexxu bl-eżempju u jużaw il-ħiliet tagħhom biex jgħinu lill-oħrajn

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport