Sunday, January 4, 2026

Il-President żżur lil Thiago u sħabu li għamlu car wash b’risq il-Malta Community Chest Fund 

Aqra wkoll

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret lil Thiago Mallia, li flimkien ma’ familtu u sħabu organizza car wash fuq inizjattiva tiegħu, biex irodd lura donazzjoni b’rikonoxximent għall-għajnuna li rċieva mill-Malta Community Chest Fund.

Thiago, li llum għandu tlettax-il sena, kellu bżonn il-kura fl-Ingilterra, biex jitratta kundizzjoni medika rari, u sab lill-Malta Community Chest Fund tappoġġjah fil-bżonnijiet tiegħu.

Minn dakinhar, Thiago baqa’ jinsisti li jgħin lill-Malta Community Chest Fund, billi jieħu inizjattivi li permezz tagħhom ikunu assistiti persuni oħra fil-bżonn. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport