Thursday, November 28, 2024

“Il-prevenzjoni l-aħjar mod biex tipproteġi lil uliedek mill-virus”

Aqra wkoll

X’jgħidu l-esperti tad-WHO -Idejn nodfa, użu tal-maskra u distanza soċjali

Fortunatament it-tfal u l-adoloxxenti għandhom tendenza li jkollhom il-marda tal-Covid-19 aktar ħafifa meta mqabbla mal-adulti u l-anzjani. Jirriżulta fil-fatt li l-persuni żgħar fl-età qegħdin ikollhom inqas sintomi severi. 

Skont Dott. Maria Van Kerkhove, esperta tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), “uħud mit-tfal ikollhom sintomi ta’ infezzjoni fis-sistema gastro intestinali li tirriżulta f’diarrhaea jew taqligħ… imma s-sintomi jkunu ħfief. Barra minnhekk, il-maġġoranza tat-tfal għandhom tendenza li jiżviluppaw infezzjoni a sintomatika u bilkemm ikollhom sintomi”.

Skont din l-esperta, il-prevenzjoni hija l-aħjar mod biex il-ġenituri jipproteġu lill-uliedhom mill-Covid-19. “Irridu nevitaw li jkun hemm aktar infezzjonijiet u dan irid isir f’ħidma konġunta fuq livell globali. Din hija l-mira tagħna,” sostniet Van Kerkhove. 

Hija tat il-parir biex nassiguraw lit-tfal ikollhom idejhom nodfa u li jaħsluhom sew bis-sapun u l-ilma; jużaw is-sanitizer u li meta jgħattsu jużaw il-minkeb biex jgħattu wiċċhom. L-użu tal-maskra skont il-linji gwida lokali huwa importanti ħafna u din għandha tintlibes b’mod korrett, jiġifieri minn fuq imnieħirhom u tibqa’ tgħatti sa taħt il-ħalq. 

Din it-tabiba qalet li waħda mill-aktar miżuri importanti li kulħadd jista’ jsegwi hija dik tad-distanza soċjali fejn żiedet tgħid li din tapplika għal kull min mhuwiex membru tal-familja immedjata. Għal darba darbtejn hija aċċertat lill-ġenituri li “dan huwa l-aħjar mod biex tipproteġu lil uliedkom u jonqos it-tixrid tal-Covid-19”.

Sport