Sunday, November 24, 2024

“Il-preżenza tiegħek tikkonferma l-fidi tagħna u tinkoraġġini nibqa’ nkun ta’ servizz”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors introduttorju tiegħu fiż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi, Patri Dijonisju Mintoff qal li huwa ta’ unur kbir għalih li jilqgħuh fosthom.

Dijonisju kompla biex jgħid li l-preżenza tal-qdusija tiegħu tikkonferma l-fidi tagħhom u tinkoraġġihom biex jibqgħu jkunu ta’ servizz għal dawk li qegħdin ibatu u għandhom bżonn l-akkoljenza tagħhom.

Huwa qal ukoll li dawk kollha quddiemu huma wlied Alla u li għalhekk dejjem lest li joffrilhom imħabba bla kundizzjonijiet. Spjega li hu jifhem li mhijiex faċli li persuna tħalli l-istorja tagħha warajha, tħalli lil dawk kollha li tħobb warajk biex tfittex tama ġdida.

Dijonisju qal li huwa konxju li bħala Nsara aħna msejħin biex naċċettaw għal ċertu perjodu jew b’mod permanenti lil dawn in-nies li jaħarbu mill-miżerja biex jibdew ħajja ġdida.

Sport