Monday, March 9, 2026

Il-prezz taż-żejt jitla’ għal $100 il-barmil… l-ogħla prezz mill-2022

Aqra wkoll

Il-gwerra li bdew l-Istati Uniti u Iżrael fuq l-Iran diġà beda jkollha konsegwenzi kbar fuq id-dinja, fost l-oħrajn il-prezz taż-żejt. 

Fil-fatt, il-prezz taż-żejt dalgħodu tela’ għal $100 il-barmil l-ogħla prezz irreġistrat s’issa mill-2022 ‘l hawn. Hekk kif is-swieq finanzjari baqgħu sejrin lura, il-prezz taż-żejt anke tela’ għal $119-il barmil, u wara ftit reġa’ niżel għal $104 il-barmil.

Rapporti fil-midja internazzjonali qiegħdin jgħidu li dan jista’ jkun l-akbar xokk ekonomiku għad-dinja hekk kif iż-żejt mistenni jilħaq livelli rekord. 

Konsegwenza ta’ dan kollu, il-Ministri tal-Finanzi tal-G7 sejħu laqgħa ta’ emerġenza biex jaraw kif jistgħu jirreagixxu għall-prezz taż-żejt.

Aktar mal-gwerra fuq l-Iran titwal, aktar il-konsegwenzi fuq il-konsumaturi u n-negozji se jkunu kbar madwar id-dinja. 

Intant, dalgħodu l-Iran kompla bl-attakki tiegħu fuq diversi pajjiżi tal-Gulf fejn fost il-miri kien hemm mill-ġdid impjanti taż-żejt. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport