Saturday, October 26, 2024

Il-Prim Ministru Abela jgħid li huwa kontra l-kunċett ta’ inkjesti pubbliċi

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li huwa kontra l-kunċett ta’ inkjesti pubbliċi minħabba li dawn jibagħtu l-messaġġ li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż mhumiex jaħdmu.

Huwa qal dan dalgħodu waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-mini ġodda taħt ir-raawndebawt ta’ Santa Luċija.

Il-Prim Ministru tenna li huwa għandu fiduċja sħiħa fis-sistema ġudizzjarja ta’ Malta u tenna li ma jaqbilx li inkjesti pubbliċi jintużaw biex tissostitwixxi x-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

L-ewwel inkjesta pubblika f’pajjiżna nfetħet is-sena li għaddiet biex jiġi stabbilit jekk l-istat naqas milli jipprevjeni l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.

Fl-aħħar ġimgħat il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech talab lill-Gvern biex iniedi inkjesta pubblika oħra biex jiġu investigati id-deċiżjonijiet politiċi u dawk relatati ma’ negozju li wasslu biex jiġi fformulat il-ftehim għall-powerstation tal-Electrogas.

Sport