Monday, February 3, 2025

Il-Prim Ministru fi Brussell għal Summit informali tal-Kunsill Ewropew

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed jattendi għas-Sumit informali tal-Kunsill Ewropea fi Brussell.

Fuq nett tal-aġenda se jkun hemm id-difiża fil-kontinent Ewropew u anke l-gwerra fl-Ukranja.

Il-Kunsill se jkun qiegħed jiltaqa’ fl-isfod li l-Unjoni Ewropea permezz tal-Kummissjoni r-Rappreżentanza Għolja qiegħda tħejji White Paper li titratta l-ġejjieni tad-difiża tal-kontinent Ewropew.

Preżenti għal dan is-Summit, apparti l-mexxejja Ewropej, se jkun ukoll is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u l-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport