Bosta mexxejja Ewropej, inkluż il-Prim Ministu Malti Robert Abela, se jkunu qegħdin jattendu għal summit tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Fost id-diversi temi li se jiġu diskussi waqt is-summit li se jkun mifrux fuq jumejn, hemm l-eskalazzjoni militari fil-Lvant Nofsani u s-sitwazzjoni volatili fl-Iran tal-Istati Uniti u Iżrael.
Se tkun qiegħda ssir ukoll diskussjoni dwar il-gwerra Russa fl-Ukrajna. Din ġiet imfissra bħala “essenzjali” l-pressjoni kontinwa fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea bit-tama li tirritorna mal-mejda tan-negozjati biex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna li issa daħlet fil-ħames sena.
Fuq l-aġenda hemm ukoll: il-budget Ewropew li jmiss li jkopri l-perjodu 2028-2034 li fost oħrajn hu maħsub biex l-Unjoni Ewropea tkun iktar awtonoma u tħares is-sigurtà tagħha, anke fil-kuntest tat-taqlib internazzjonali li għaddejja minnu d-dinja bħalissa.

