Friday, November 15, 2024

Il-Prim Ministru f’laqgħa mas-Sindku tal-Qala

Aqra wkoll

Wara d-deċiżjoni dwar Ħondoq ir-Rummien, il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu kellu laqgħa, li ddeskrivieha bħala waħda pożittiva, mas-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg.

It-Tlieta li għadda, il-Qorti tal-Appell ikkonferma id-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar li Ħondoq ir-Rummien jibqa’ bla mittiefes u ma jsir l-ebda żvilupp fih.

Fil-kummenti tiegħu, il-Prim Ministru qal li lil Paul mhux biss irringrazzjah tal-ħidma bla heda tiegħu iżda anke ddiskutew dwar il-ħarsien ta’ Ħondoq fil-futur. “B’mod primarju jibqa’ l-impenn tagħna fil-manifest li dik l-art tibqa’ mhux mittiefsa,” qal il-Prim Ministriu.

Ekonomija

Sport