Thursday, December 26, 2024

Il-Prim Ministru jaqsam il-fliegu u jmur jiekol f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia llum qasmu l-fliegu fejn flimkien mal-Ministru għal Għawdex mar jiekol f’restorant fix-Xagħra.

Il-Prim Ministru Abela mill-ewwel kien tenna li se jkun minn tal-ewwel li jerġa’ jżur lir-ristoranti lokali wara li kien ħabbar it-tneħħija ta’ wħud mill-miżuri li kienu se jwasslu biex ristoranti, fost oħrajn, jerġgħu jiftħu u jilqgħu l-klijentela tagħhom.

Mill-inqas 340 ristorant ġew meqjusin u stabbilimenti tal-ikel ġew meqjusin bħala li huma siguri u ġew iċċertifikati biex jerġgħu jiftħu l-bibien għall-pubbliku wara spezzjonijiet li sarulhom.

Biex jiġu ċertifikati bħala li huma siguri, ristoranti u stabbilimenti tal-ikel iridu jilħqu diversi miżuri, fosthom id-distanza ta’ tliet metri bejn mejda u oħra, l-ammont ta’ hand sanitizers u fejn dawn għandhom jitpoġġew, l-ilbies ta’ maskri l-ħin kollu mill-impjegati u testijiet fuq is-sors tal-ilma.

Ekonomija

Sport