Sunday, October 5, 2025

Il-Prim Ministru jħabbar bosta proġetti ġodda f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ħabbar li se jsir il-Victoria Park li se jinvolvi spazju aħdar miftuħ, b’parkeġġ taħt l-art li se jbiddel wiċċ ir-Rabat u se jagħti dehra mill-isbaħ. Sostna li se toħroġ is-sejħa sabiex dan il-proġett jibda.

Dr Abela tkellem dwar kif Gvern Laburista salva Ħondoq u ħoloq spazju għall-familji fil-Qortin li kienet miżbla. Dan apparti li tħawwlu 900 siġra fl-akbar proġett ta’ afforestazzjoni li qatt sar f’Għawdex.

Dr Abela qal li filwaqt li Gvern Laburista qed jinvesti f’dawn il-proġetti kbar, il-Kap Nazzjonalista jrid jibni t-torrijiet fil-gżira Għawdxija u jrid jagħmel minn Għawdex mudell turistiku t’Ibiża li tfisser li f’Għawdex irid li jiġu mal-14-il miljun turist.  Għall-kuntrarju, il-mudell għal Għawdex li jrid Gvern Laburista huwa li jkun gżira ta’ villaġġi u li ma jtellifx il-karatteristiċi uniċi u s-sostenibbilità tiegħu.

Dr Abela tkellem dwar id-diversi proġetti li twettqu f’Għawdex fosthom il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku li ġie nawgurat fil-jiem li għaddew,   proġett state-of-the-art, fil-qalba tal-Belt Victoria. Sostna li dan il-padiljun hu l-ikbar proġett li qatt twettaq f’Għawdex għax l-investiment fuqu huwa tliet darbiet aktar mill-investiment kapitali kollu fuq l-isport li sar bejn l-2008 u l-2012 għal Malta u Għawdex kollu.

Sostna li sena wara sena, l-ekonomija Għawdxija kibret b’ritmu aqwa minn dak ta’ Malta b’mod konsistenti u llum għandna sitwazzjoni ta’ full employment hekk kif Gvern Laburista ħoloq 627 impjieg f’sena waħda għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Gvern Laburista ħoloq 7,000 impjieg ġdid f’Għawdex u rdoppjaw l-opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur privat Għawdxi.

Dwar l-infrastruttura f’Għawdex, il-Prim Ministru ħabbar li fil-jiem li ġejjin se tinfetaħ l-ewwel fażi tat-triq li tgħaqqad ir-Rabat ma’ Marsalforn u ħabbar li fiż-żmien li ġej, se jibdew ix-xogħlijiet fit-triq bejn il-Qala u n-Nadur li ilha 50 sena biex issir.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport