Sunday, November 3, 2024

Il-Prim Ministru jħabbar investiment ta’ €5M oħra mill-NDSF għat-taħriġ tal-atleti Maltin

Aqra wkoll

Waqt ċelebrazzjoni li saret illejla fi Pjazza Kastilja biex tfakkar ir-rebħa storika li għamlu l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar investiment ta’ €5 miljun oħra mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali biex ikomplu jiġu investiti fuq it-taħriġ tal-atleti.

F’diskors li għamel, il-Prim Ministru qal li pajjiżna permezz ta’ din l-investiment se jkompli jinvesti fl-atleti Maltin biex ikomplu jiksbu riżultati tajbin bħal dawk li ġabu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa ta’ din is-sena.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Clifton Grima faħħar l-atleti Maltin għar-riżultati li kisbu. Semma l-investiment kbir li sar fil-faċilitajiet sportivi tal-pajjiż u fl-atleti ħalla l-frott.

Preżenti kien hemm l-atleti u l-uffiċjali li rrapreżentaw lil pajjiżna, kif ukoll uffiċjali għolja tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta. Allegraw lil dawk preżenti, il-kantanti Amber u AIDAN li kantaw id-diska uffiċjali tal-Logħob, ‘Shine Your Light’, flimkien ma’ DJs Ziggy u David.

Sport