Se tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-White Rocks, li se jkun l-akbar park nazzjonali f’pajjiżna.
Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, dalgħodu waqt diskussjoni mtella’ mill-Partit Laburista b’rabta mal-baġit.
B’rabta ma’ Manoel Island, Dr Abela qal li hemm proċess estensiv ta’ djalogu, fejn se jsir Park Nazzjonali, bl-istess mudell li se jiġi mfassal il-proġett ambjentali fiż-żona tal-White Rocks. B’dawn se jkunu l-akbar żewġ proġetti ambjentali favur il-familji Maltin u Għawdxin.

