Sunday, June 15, 2025

Il-Prim Ministru jħabbar masterplan għar-riġenerazzjoni tal-bqija tal-Port il-Kbir

Gvern Laburista se jibqa’ ffukat fuq il-ħtiġijiet tan-nies

Aqra wkoll

“Ħtarna ditta rinomata ta’ esperti internazzjonali li bdew ifasslu pjan ċar u strateġiku biex sal-aħħar ta’ din is-sena jkollna masterplan ħolistiku li bih titnieda r-riġenerazzjoni kollha tal-Port il-Kbir”. Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela meta kien qed jindirizza attività politika fil-Birgu.

Dr Abela stqarr li bħalma sar fil-Kottonera, dan il-Gvern irid jara l-aqwa riġenerazzjoni li qatt saret fil-bqija tal-Port il-Kbir. Qal li din hija ħolma li se tkun qiegħda titwettaq u issa wasal il-mument tal-azzjoni konkreta. Riġenerazzjoni fejn il-prijorità se jkunu n-nies biex igawdu minn l-aqwa spazji għalihom u għal uliedhom u jingħata valur u kwalità f’żoni u siti fejn forsi llum għad hemm ċertu telqa.

“Naf ċar li n-naħat tal-Marsa għandhom potenzjal enormi li jsiru wieħed mill-isbaħ żoni f’dan il-pajjiż. U l-Marsin hekk jixirqilhom u hekk se nagħtuhom,” qal il-Prim Ministru filwaqt li tenna kif il-Port il-Kbir se jingħata investiment ta’ kwalità li jkompli joħloq il-ġid.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru enfasizza b’mod ċar mal-awtoritajiet kollha li jrid jara l-buon ordni u s-sigurtà kullimkien u f’kull settur, fejn irrefera fost oħrajn għal Kemmuna, iż-żamma tal-indafa pubblika, l-infurzar u ż-żamma tal-buon ordni.

“Tant ħaddiema u entitajiet li fi sforz kollettiv iridu jkomplu jaħdmu f’enerġija. Naf kemm se jkunu kruċjali f’ħidma favur l-infurzar ħolistiku f’kull settur u partikolarment fuq iż-żamma tal-ordni fil-pajjiż għaliex il-kwalità tal-ħajja hi li l-familji tagħna jgawdu dan l-istaġun li ġej fis-serenità u fis-sigurtà. Għalhekk l-investiment qed naħdmu fuqu biex ikollna skwadri speċjali f’positjiet strateġiċi,” tenna l-Prim Ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport