Il-Prim Ministru Robert Abela mar jitkellem mal-attivisti li qegħdin jipprotestaw fuq barra tal-Parlament. Huma ilhom hemm mill-bieraħ filgħaxija fejn qegħdin juru l-oppożizzjoni tagħhom għar-riforma dwar l-ippjanar li ressaq il-Gvern.
Waqt li jkun qiegħed jinqara l-budget huma se jagħmlu protesta minn quddiem il-bini tal-Qorti sal-Parlament.

