Tuesday, February 3, 2026

Il-Prim Ministru jressaq mozzjoni bin-nomina għal Prim Imħallef ġdid

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ippropona mozzjoni biex l-Imħallef Dr Consuelo Scerri Herrera tkun il-Prim Imħallef il-ġdid tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta.

Il-mozzjoni qed issir wara li l-Prim Imħallef preżenti s-Sinjorija tiegħu Dottor Mark Chetcuti ser jagħlaq l-eta’ ta’ irtirar.

Il-mozzjoni tal-Gvern tinnota li l-Prim Ministru Robert Abela ikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar in-nomina mressqa. 

Fil-fatt il-Prim Ministru kellu aktar minn laqgħa waħda li fiha ġiet diskussa n-nominata tal-Gvern li għandha l-kwalifiċi neċessarji skont il-Kostituzzjoni biex tinħatar bħala President tal-Qorti.

Il-mozzjoni tirringrazzja wkoll lill-Prim Imħallef attwali għall-kontribut siewi tiegħu lejn il-Ġudikatura u l-Istat Malti.

Il-Prim Imħallef il-ġdid irid jinħatar bil-vot taż-żewġ terzi fil-Parlament wara bidla minn sensiela li daħħal Gvern Laburista favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.

Minkejja li ma kienx hemm obbligu, il-Prim Imħallef attwali kien inħatar b’vot unanimu wara qbil bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport