Thursday, November 14, 2024

Il-Prim Ministru jwiegħed infurzar b’saħħtu

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq One Radio nhar il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela qal li jeżistu sitwazzjonijiet inaċċettabli f’kwistjonijiet tas-siġġijiet u l-imwejjed, u sostna li l-punt f’dan kollu jrid dejjem ikun infurzar b’saħħtu.

“Fl-aħħar ġimgħat komplejna ninfurzaw permezz tal-awtoritajiet tagħna – jiġiferi għandek l-MTA, l-Awtorità għall-Artijiet u l-Awtorità għall-Ippjanar u anki l-Pulizija fejn meħtieġ. Ħidma inter-ministerjali importanti li qed twassal għar-riżultati. Nista’ ngħid li f’dawn l-aħħar ġimgħat sar infurzar u qed ikompli jsir infurzar biex wieħed jimxi b’rispett f’żoni pubbliċi fejn jidħlu tables & chairs.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll kif pajjiżna jrid jingħaqad fi sforz kollettiv f’diversi livelli li jinkludu l-aspett edukattiv, mil-lat ta’ tindif madwar il-pajjiż kollu iżda fuq kollox l-infurzar li jibqa’ l-akbar għodda importanti li twassal għal riżultati.

Ekonomija

Sport