Tuesday, April 7, 2026

Il-Prim Ministru jżur ‘Shalom’ fiż-Żurrieq … dar residenzjali mmexxija mid-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela, żar Shalom fiż-Żurrieq, dar residenzjali mmexxija mid-Dar tal-Providenza, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill-ftuħ tagħha. Huwa kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-ħames residenti li jgħixu f’din id-dar, kif ukoll mal-impjegati. Ir-residenti tkellmu dwar kemm iħossuhom parti mill-komunità taż-Żurrieq u kemm jipparteċipaw fil-ħajja tal-istess komunità. 

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-Onor. Julia Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, is-Sindku taż-Żurrieq is-Sa Rita Grima, Mons. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, kif ukoll il-Management tad-Dar. 

Din id-dar kienet inawgurata fit-8 ta’ April 2016, minn Dr Justyne Caruana, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anżjanità Attiva.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport