Friday, November 28, 2025

Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew, Magnus Brunner

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni Magnus Brunner li jinsab f’Malta waqt li pajjiżna qed jilqa’ l-laqgħa tal-MED5, Konferenza Ministerjali bejn ħames Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jiddiskutu l-prijorità komuni bejniethom, dik tal-migrazzjoni.

Il-Prim Ministru saħaq li hekk kif ħa ngħaddu għall-implimentazzjoni tal-Patt għall-Migrazzjoni u l-Ażil irridu nikkumplimentaw dan ma’ azzjonijiet oħra fosthom li nħaffu l-proċess tan-negozjati for ir-Regolament tar-Ritorn u l-qafas leġislattiv dwar li l-Unjoni Ewropea jkollha l-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini li huma siguri biex ikompli jiġi faċilitat il-proċess ta’ ritorn ta’ immigranti li ma ħaqqhomx l-ażil.

Fil-laqgħa mal-Prim Ministru kien hemm ukoll il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, il-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia, u l-Konsulent tal-Prim Ministru fuq l-Affarijiet Ewropej, Leandro Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport