Thursday, June 25, 2026

Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Michael McGrath

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Michael McGrath. 

Dr Abela tkellem dwar l-impenn ta’ Gvern ġdid li jkompli jsaħħaħ is-saltna tad-dritt anki wara numru ta’ riformi li wettqet din l-amministrazzjoni favur il-governanza u t-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.

Il-Prim Ministru Robert Abela semma prijorità ewlenija tal-Gvern f’dawn l-ewwel mitt jum biex pajjiżna jkollu Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bnedmin u l-Ugwaljanza. Il-Prim Ministru qal li dan se jkun pass ieħor ’il quddiem favur l-ugwaljanza.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Johan Galea, il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia u l-Konsulent tal-Prim Ministru fuq l-Affarijiet Ewropej, Leandro Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport