F’laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja, li l-Prim Ministru Robert Abela kellu mal-Kummissarju Ewropew għall-Politika tal-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi, sostna li jilqa’ b’mod pożittiv id-djalogu miftuħ li qed ikollha l-Kummissjoni Ewropea mal-istati membri.

Matul din il-laqgħa kienu diskussi fost oħrajn il-viċinat tan-Nofsinhar tal-Ewropa u l-isfidi li dan ir-reġjun qed jiffaċċja minn żmien għall-ieħor. Il-Prim Ministru tenna li huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li r-reġjun tal-Mediterran ikun wieħed stabbli.