F’laqgħa mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Henna Virkkunen, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem b’mod ewlieni fuq il-prijoritajiet ta’ pajjiżna fosthom l-importanza li nassiguraw il-qalba diġitali f’Suq Waħdieni li jaħdem għal kulħadd, inkluż għal Stat Membru bħal ma’ hu pajjiżna.
Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-konnettivit? Ewropea, anki fi żmien ta’ sfidi internazzjonali fil-qasam tal-enerġija, hija kruċjali. Spjega li dan kollu jmiss mal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika.
Mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Sovranit? Teknoloġika, is-Sigurt? u d-Demokrazija, Dr Abela tenna wkoll l-ħtieġa ta’ solidarjet? u approċċ komuni f’oqsma bħall-marittimu, fil-kuntest ukoll tal-iżviluppi li kellu l-Mediterran b’rabta mat-tanker Arctic Metagaz.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurt? u x-Xogħol Byron Camilleri, il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia u l-Konsulent tal-Prim Ministru fuq l-Affarijiet Ewropej, Leandro Borg.


