Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ mexxejja oħra Ewropej tal-Mediterran, kitbu ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen dwar il-każ tat-tanker Russu bl-isem ta’ Arctic Metagaz.
Fl-ittra l-mexxejja tal-Med5, li fiha kien inkluż il-Prim Ministru ta’ pajjiżna Robert Abela, kien hemm ukoll il-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni, il-President Spanjol Pedro Sánchez, il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis u l-President Ċiprijott Nikos Christodoulides. Dawn qegħdin jitolbu rispons waħdieni fuq livell Ewropew.
Fl-ittra ingħad dwar il-perikli ta’ natura marittima u ambjentali li dan it-tanker qiegħed jitfa’ liż-żona fiha. Dan apparti, id-diffikultà li l-pajjiżi qegħdin jiffaċċjaw fi trattamenti mal-opra tal-baħar li hija suġġetta għas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea imposti fuq assi Russi u miżuri oħra imposti minn ġuriżdizzjonijiet oħra.
Fl-ittra ssemma’ wkoll s-sehem tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, bħala l-aġenzija kapaċi tikkordina r-rispons Ewropew. Intqal li tali sehem kapaċi jwassal għal sapport speċjalizzat b’kapaċitajiet diversi biex tiġi evitata ħsara ambjentali jew tkun mitigata kwalunkwe ħsara.

