Friday, February 6, 2026

Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa’ mal-President tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Koen Lenaerts u l-Imħallef Ramona Frendo fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

F’laqgħa pożittiva, ġew diskussi temi differenti biex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni u d-djalogu bejn pajjiżna u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-Prim Ministru qal li fi żmien li l-Unjoni Ewropea hi kkonfrontata bi sfidi legali u istituzzjonali, il-kontribuzzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tibqa’ waħda kruċjali.

Preżenti fil-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Johan Galea u l-Konsulent dwar l-Affarijiet Ewropej Leandro Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport