Tuesday, October 7, 2025

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza ċerimonja kommemorattiva wara r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina mill-Gvern Malti

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela attenda u indirizza ċerimonja kommemorattiva li saret fl-Ambaxxata Palestinjana f’pajjiżna, wara li f’isem Malta, il-Prim Ministru Malti rrikonoxxa l-Istat tal-Palestina waqt li bdiet titlaqqa’ t-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Dr Abela qal li pajjiżna rrikonoxxa l-Palestina b’sens ta’ dover favur il-paċi u s-Soluzzjoni taż-Żewġ Stati, pożizzjoni kostanti li jemmen fiha pajjiżna għall-ġid tal-Lvant Nofsani fir-reġjun tal-Mediterran. Spjega li huwa kburi li fil-mument opportun, pajjiżna kien fuq in-naħa tas-sewwa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport