obert Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed jattendi summit ta’ emerġenza tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis li ġej fi Brussell.
Is-summit ġie msejjaħ mill-President tal-Kunsill Ewropew António Costa wara laqgħat urġenti li saru mal-Ambaxxaturi tal-Istati Uniti b’rabta mat-tensjonijiet riċenti dwar Greenland.
António Costa fuq il-midja soċjali kiteb li l-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri reġgħu kkonfermaw l-għaqda Ewropea fuq il-prinċipji tas-sovranità nazzjonali u l-integrità territorjali, kif ukoll is-solidarjetà mal-Istat Membru kkonċernat, id-Danimarka.
Intant il-Prim Ministru Malti Robert Abela kiteb f’post fuq il-midja soċjali fejn qal li quddiem din l-inċertezza globali dejjem tikber, Malta se tibqa’ tieħu deċiżjonijiet responsabbli favur l-istabbiltà internazzjonali u fl-aqwa interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

