Thursday, October 31, 2024

Il-Prim Ministru Robert Abela: “Xogħolna huwa li dak it-tbassir ekonomiku jsir realtà”

Aqra wkoll

“Xogħolna hu li dak it-tbassir isir realtà. U hekk se jsir. L-ambizzjoni tiegħi u tal-Gvern mhix biss li nilħqu t-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea iżda li mmorru lil hinn minnu. Dak huwa li jixraq lill-poplu tagħna. Inkomplu nagħtu kuraġġ u tama f’dan il-mument.”

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio filwaqt li enfasizza kif dan huwa tbassir sodisfaċenti mmens għal pajjiżna. Rata b’saħħitha ta’ 6.2% u dan ma sarx b’kumbinazzjoni.

Il-Prim Ministru spjega kif il-Kumissjoni Ewropea bbażat it-tbassir tagħha fuq diversi fatturi. Ħarset lejn il-miżuri li ttieħdu fil-pandemija li bihom ġew protetti l-ekonomija, l-impjiegi, in-negozji u l-effettività tagħhom. 

“Id-deċiżjoni ewlenija hija li flok morna għal politika ta’ awsterità minflok morna fid-direzzjoni opposta li nvestejna bis-saħħa…Meta jsir skrutinju fuq l-istati membri kollha, Malta hija prostettata li jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku.”

“Irnexxielna nnaqqsu l-qgħad f’nofs pandemija. Ma rridx inkabbar is-suċċess tagħna imma se nkun fattwali. Minn meta nedejna l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika sal-lum, ġimgħa wara ġimgħa, irnexxielna b’mod konsistenti nnaqqsu l-qgħad meta f’kull pajjiż ieħor madwar id-dinja, kulħadd ikeċċi n-nies u negozji jagħlqu.”

Robert Abela saħaq li s-sigriet wara dan is-suċċess huma l-miżuri li nieda l-Gvern u l-kuntatt mill-qrib man-nies li jgħinu jżommu l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba.

“Fil-mument li nkomplu nimplimentaw il-politika, insibu min ikisser il-ħidma tagħna” – Robert Abela

Il-Prim Ministru qal dan wara li l-għaqda tas-soċjetà ċivili, li parti minnha hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni u esponenti tal-Partit Nazzjonalista, fetħet kawża kostituzzjonali biex jinġiebu lura 50 immigrant f’pajjiżna.

“Inaċċettabbli. Għaddejna minn ħamest ijiem insaħħu l-ħidma tagħna biex inwaqqfu l-wasla tal-immigranti. Fl-istess nifs, ikollok min jipparalizza ħidmietna.”

Filwaqt li sellem u rringrazzja il-ħidma tal-Brigadier u tal-Forzi Armati ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru semma kif hu, il-brigadier u l-Gvern iridu issa joqogħdu telgħin u neżlin il-Qorti minflok jiffukaw fuq il-ħidma li ma jkunx hawn iżjed walsiet f’pajjiżna.

Robert Abela rrefera wkoll għal rapporti li ġew ippubblikati dalgħodu li jsostnu kif id-Deputat Jason Azzopardi li jpinġi lilu nnifsu bħala politiku verġni, fil-verità huwa l-oppost ta’ hekk.

“Nappella għall-politika li taspira fiduċja fin-nies, onestà, trasparenti. Nemmen f’Governanza tajba. Ħadd mhu perfett imma hemm miri li ma jinqabżux.”

Sport