Friday, December 12, 2025

Il-Prim Ministru Tajlandiż ixolji l-Parlament biex “jagħti l-poter lura lill-poplu”

Aqra wkoll

Fit-Tajlanda ġie xolt il-Parlament wara kważi ġimgħa ta’ ġlied tul il-fruntiera tagħha mal-Kambodja, b’elezzjoni ġenerali li mistennija tissejjaħ fi żmien 45 sa 60 jum. 

F’digriet ippubblikat il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Anutin Charnvirakul irrefera għat-tilwima fatali dwar il-fruntiera fost sfidi oħra li l-Gvern minoritarju tiegħu kellu diffikultà biex jikkontrolla minn meta ħa l-poter tliet xhur ilu. 

“Is-soluzzjoni xieraq hi li nxolji l-Parlament. Huwa l-mod kif il-poter politiku jingħata lura lin-nies,” qal il-Prim Ministru Taljandiż.

Anutan, negozjant sinjur, huwa t-tielet Prim Ministru tat-Taljandja minn Awwissu tal-2023. Meta l-poter f’Settembru li għadda, huwa kien qal li se jxolji l-Parlament sa tmiem Jannar. 

Madanakollu, quddiem vot ta’ sfiduċja imminenti, Anutin mexxa l-elezzjoni aktar ’il quddiem. 

Anutin u l-partit tiegħu Bhumjaithai, kienu kritikati b’mod qawwi dwar il-mod kif immaniġġjaw l-għargħar fin-naħa t’isfel tat-Tajlandja x-xahar li għadda, li ħalla madwar 176 persuna mejta. 

Ix-xoljiment tal-Parlament qerd iseħħ wara li reġa’ beda l-ġlied mal-Kambodja, fejn inqatlu minn tal-inqas 20 persuna u mijiet ta’ eluf oħra kellhom jiġu spostati. 

“Il-Gvern uża kull mezz fl-amministrazzjoni pubblika biex isolvi malajr il-kwistjonijiet urġenti li qed jaffaċċja l-pajjiż. Iżda t-tmexxija tal-pajjiż teħtieġ stabbiltà,” kiteb Anutin fid-digriet tiegħu li kien approvat mir-Re tat-Tajlanda Maha Vajiralongkorn. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport